Taħdita Pubblika: 4 ta' Settembru 2019

Gramsci: 

   "Għażiż Delio, agħti daqqa ta' sieq lill-ħolm fil-vojt ..."


On. EVARIST BARTOLO 
BA(Hons), MEd(Wales), MP
Ministru Għall-Edukazzjoni u x-Xogħol


Il-mexxej faxxist Benito Mussolini kien qal dan dwar Gramsci: "Irridu nwaqqfu lil dan il-moħħ milli jaħdem għal għoxrin sena." 
Għaliex Mussolini kien jibża' daqshekk minn Antonio Gramsci tant li tefgħu l-ħabs fejn kiteb l-aqwa xogħolijiet tieghu? 
Min kien Gramsci - dak ir-raġel ċkejken, daqxejn ħotbi ... imma li għadu meqjus ġgant sal-lum fil-filosofija politika? 
Kiteb ħafna fil-ħajja qasira tiegħu: kritika letterarja u teatrali, rapporti ġurnalistiċi, stejjer għat-tfal u riflessjonijiet filosofiċi dwar il-poter ta' kull tip. Fl-isforzi tiegħu biex jifhem għala rebaħ il-faxxizmu fl-Italja, jitqies li għandu x'jgħidilna għaliex qed jirbah il-populiżmu llum f'diversi pajjiżi.

F'din il-laqgħa nsiru nafu daqxejn min kien Gramsci u x'inhuma l-għodod li tana biex nippruvaw nifhmu r-realta` u nbiddluha, ggwidati mill-valuri tal-liberta`, tal-ġustizzja soċjali u tal-iżvilupp sostenibbli.

(It-titlu ta' din it-taħdita huwa meħud minn ittra li kiteb Gramsci lil ibnu Delio).

It-taħdita ser issir nhar l-Erbgħa 4 ta' Settembru, 2019, fis-7.00pm ġewwa l-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, One-Stop-Shop Foyer, Livell 0. (Id-dħul huwa mill-faċċata ta' quddiem il-lukanda Phoenicia, fl-ewwel sular).

Kulħadd huwa mistieden għal di it-taħdita. Id-dħul huwa b'xejn imma donazzjonijiet huma apprezzati. Id-dħul kollu li jsir mid-donazzjonijiet jgħinu lil Fondazzjoni sabiex tibqa' torganizza dawn il-laqgħat.


Evarist Bartolo ġie maħtur bħala Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-2013. Huwa twieled fl-14

ta’ Ottubru 1952 il-Mellieħa. Huwa miżżewweġ lil Gillian Bartolo (née Sammut) u għandhom żewġ

t’itfal, Katrin u Louisa, u neputija.

F’pajjiż fejn il-polarizzazjoni politika hija qawwija u fejn ħafna persuni jidentifikaw ruħhom mal-partit

li jkunu trabbew fih, Bartolo jiddeskrivi lilu nifsu bħala wieħed fejn l-għażla tal-partit hija waħda li

tirrifletti l-prinċipji li huwa jemmen fihom. Huwa jiddeskrivi li t-triq li waslitu għall-konvinzjoni tiegħu

fil-Partit Laburista kienet waħda twila u turbolenta fejn matulha skopra lil Karl Marx, Mohandas

Gandhi, Vladimir Lenin, Martin Luther King u Antonio Gramsci, fost ħafna oħrajn. F’dan iż-żmien

Bartolo qatta sena f’xogħol volontarju ġewwa Sqallija fejn ħadem viċin mal-attivista tal-anti-Mafia

Danilo Dolici.

Il-Ministru Bartolo, kien wieħed mill-muturi u proponituri ewlenin dwar id-drittijiet ċivili tad-divorzju

u LGBTIQ f’Malta u fi ħdan il-Partit Laburista.


SHARE magazine Issue 11 is out ! 


It is available in all major Agenda outlets. 


If you would like to receive a copy directly from the Foundation, please send an email to philosophysharingmalta@gmail.com and we will make the necessary arrangements. 


Thanks!

The Philosophy Sharing Foundation seeks to inspire, strengthen and promote philosophical activity in the Maltese islands.


The Foundation contributes to philosophical discussion and debate by:


- publishing the magazine SHARE every four months

- holding a monthly talk

- organising a minimum of five short courses every year

- holding an Annual Philosophy Lecture 




Click on the icon to visit the website of the International Federation of which the Foundation is a member

We are situated in MALTA (Europe).
Click
here to get to know our country.

Click on the image to visit the Wikipedia 'Philosophy in Malta' page

Follow us on

Follow our YouTube channel by clicking here